Saturday, December 21, 2024

Żabbari mixli li ta b’imqass lil mara

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 26 sena minn Ħaż-Żabbar baqa’ miżmum taħt arrest wara li kien mixli li attakka mara b’imqass.

Rennie Fava, li jaħdem bħala kaħħal, kien akkużat li ikkaġuna ġrieħi gravi lil Catherine Portelli, li beżżagħha, li kiser il-paċi pubblika u li kiser sentenzi tal-Qorti.

Quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri ntqal li kien hemm argument bejn il-vittma u grupp ta’ tliet nisa oħra bil-mara tgħid li kienet fuq it-telefon imma huwa sostnew li kienet qed tiġbdilhom filmat.

Kien f’dan il-ħin li allegatament intervjena Fava u weġġa’ lill-vittma bl-imqass.

L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih madankollu huwa baqa’ miżmum taħt arrest.

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Joanna Piscopo bl-Avukat Roberto Montalto qed jidher għal Fava.

L-Avukat Francois Dalli qed jidher għal Portelli li kienet preżenti fl-awla b’idha nfaxxata.

Ekonomija

Sport