Sunday, December 22, 2024

Zachary David b’wirjiet mill-aqwa fil-kampjonat Taljan tal-Formula 4

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Kif tħabbar aktar kmieni fi tmiem il-ġimgħa, Zachary David kien impenjat jsuq fit-tieni rawnd tal-Kampjonat Taljan tal-Formula Four’ fil-korsa tal-Kampjonat Dinji Superbike ta’ Misano f’Misano Adriatico, Provinċja ta’ Rimini, l-Italja.

Waqt il-kwalifikazzjoni, David żamm ferm viċin l-aqwa ħames sewwieqa tal-ġurnata, 1.5 ta’ għaxar sekondi biss lura, u għalhekk spiċċa s-sitt post fl-1 kwalifikazjoni u s-7 fit-tieni kwalifikazjoni. Wara li għamel it-tieni l-aħjar ħin f’dawra eċċellenti, David seta’ jibda fit-3 pożizzjoni fit-3 tiġrija tal-Ħadd.

Fl-1 tiġrija uffiċjali, David intlaqat fl-ewwel kantuniera; il-kompetitur l-ieħor laqat it-tyre ta’ wara ta’ David, u kkaġuna puncture. It-tim kellu jirtira l-karozza mit-tellieqa.

Matul it-tieni tiġrija, kienet sfida bies tinstab d-degradazzjoni tat-tajers, il-pass ma kienx hemm, iżda xorta avvanza pożizzjoni biex spiċċa fis-6 post fit-tellieqa u fit-3 fuq il-podju tar-rookies.

It-tielet tiġrija kienet perfetta; David beda u spiċċa fit-3 post. Għal darb’oħra, bidu u ritmu tajjeb ippermettew lil David joħroġ mill-folla iżda ma sabx l-opportunità li jaqbeż it-tieni sewwieq.

Zachary temm il-ġurnata b’żewġ podjus, it-tielet fit-tellieqa u t-tieni podju bħala rookie, mod eċċellenti biex jagħlaq il-weekend.

David qal, “B’mod ġenerali, kellna tmiem il-ġimgħa tajjeb, tmiem il-punti u podjus aktar konsistenti jfissru li issa qegħdin ir-4 fil-klassifika ġenerali fil-kampjonat. Opportunità daqsxejn mitlufa fl’ewwel tellieqa għal aktar punti, iżda xi drabi hija barra minn il-kontroll tiegħi. Nistenna bil-ħerqa t-tellieqa li jmiss.”

Ekonomija

Sport