Zachary David, sewwieq tat-tiġrijiet b’liċenzja Maltija, kellu żewġ tmiem il-Ġimgħa konsekuttivi ta’ tlielaq. Bejn il-Ġimgħa 19 u l-Ħadd 21, Zachary saq għall-ewwel darba fl-ADAC Formula 4, F’Lausitzring, il-Ġermanja. Fl-ewwel kwalifika tiegħu fl-F4, Zachary spiċċa f’pożizzjonijiet 6 u 5. L-ewwel tiġrija kienet f’ċirkwit imxarrab fejn Zachary spiċċa fis-6, u fit-8 post fit-tellieqa ta’ wara.
It-tielet tellieqa kienet l-ewwel pole għal Zachary, u għalkemm l-ewwel tmien dawriet kienu ta’ sfida kbira, spiċċa fil-ħames post.
Bejn il-Ġimgħa 26 u l-Ħadd 28, Zachary mill-Ġermanja mar f’Sarno International Karting Track f’Napli, l-Italja. Zachary mar tajjeb ħafna fil-kwalifikazzjoni, u spiċċa fit-12-il post. Fil-heats reġa mar tajjeb għax għalkemm b’xi problemi tekniċi xorta rnexxielhu jibda l-pre-finali fid-disa post. Fil-pre-finali, Zachary tilef ħames postijiet u spiċċa fl-14-il post. Madankollu, il-Finali kellhom ikunu fix-xita, u għalhekk l-iżvantaġġ mekkaniċi li kellhu qabel kienu nqas detrimentali. Mill-14, Zachary avvanza u spiċċa l-finali tiegħu fil-5 Pożizzjoni.