Sunday, December 29, 2024

Żagħżugħ akkużat li fera tfajla b’sikkina

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 21 sena min-Nepal ġie akkużat li fera tfajla b’sikkina fir-residenza li kien jgħix fiha. Il-vittma ġiet ċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

Kien il-Ħadd filgħodu li ż-żagħżugħ li huwa student tressaq il-Qorti u quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit wieġeb mhux ħati.

Id-difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest fejn qalet li l-akkużat se jmur jgħix f’residenza oħra u kien ġie Malta biex jistudja. Qalet li mhux ġust li jmur il-ħabs meta ilu biss f’pajjiżna għaxar xhur u ġie hawn biex ikun jista’ jtejjeb ħajtu permezz tal-istudju.

Għal dan kollu l-Prosekuzzjoni qalet li hija verità li ilu f’Malta 10 xhur u diġà xellef dufrejħ mal-ġustizzja kif ukoll m’għandu l-ebda rabtiet ma’ pajjiżna. Il-Prosekuzzjoni qalet li allaħares ngħidu li kull persuna li tkun qiegħda tistudja għandha tingħata l-ħelsien mill-arrest.

L-Ispettur Prosekutur qal li jekk jingħata l-ħelsien mill-arrest hemm biża’ ċara li hu jaħrab mill-pajjiż.

Il-Prosekuzzjoni qalet li dan ir-reat twettaq meta l-istudent kien taħt l-influwenza tal-alkoħol, iżda “xorta mhix raġuni li wieħed juża sikkina.”

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet taż-żewġ naħat il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Clive Aquilina f’isem l-Avukat Ġenerali u mill-l-Ispettur Ian Azzopardi, fiwlaqt li Dr Julia Micallef Stafrace avukat tal-għajnuna legali mexxiet id-difiża.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport