Żagħżugħ ta’ 19-il sena residenti Santa Venera, qiegħed jinżamm arrestat wara li nqabad fil- pussess ta’ diversi tipi ta’ droga, allegatament sabiex tinbiegħ.
Ilbieraħ filgħodu, waqt li l-Pulizija kienu fuq ronda fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar, innotaw tliet żgħażagħ suspettużi u għaldaqstant saret tfittxija fuqhom. Fil-pussess ta’ wieħed minnhom instabu diversi sustanzi differenti allegatament droga, kif ukoll miżien elettroniku, madwar €1,100 fi flus kontanti u sikkina kbira. Iż-żagħżugħ ġie arrestat u eskortat lejn l-Għassa tal-Qawra.
Huwa mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta ta’ nofsinhar (1200hrs) quddiem il-Maġistrat Dr Giannella Camilleri Busuttil LL.D.