Tuesday, December 2, 2025

Żagħżugħ arrestat fuq pussess ta’ droga

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 21 sena li jgħix Raħal Ġdid, jinsab arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ diversi qratas ta’ sustanza suspettata droga kannabis u kif ukoll miżien, allegatament għat-traffikar.

Huwa kien arrestat ilbieraħ, fi Ġnien il-Mediterran, waqt ronda ta’ rutina mill-Pulizija wara li nnutaw movimenti suspettużi.

Ir-raġel qiegħed jinżamm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem ġejjin

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport