Żagħżugħ ta’ 17-il sena ta’ nazzjonalità barranija weġġa’ serjament meta ħabat rasu mal-blat f’Għajn Tuffieħa.
Minn informazzјoni li kiseb dan is-sit, јirriżulta
li ż-żagħżugħ qabeż fil-baħar u ħabat rasu, bil-konsegwenza li għamel xi ħin taħt l-ilma qabel ndaqq l-alarm tal-emerġenza.
Ħaddiema tal-isport tal-baħar tellgħuh fuq il-bajja u t-tobba u lifeguards amministraw CPR fuq iż-żagħżugħ. Huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza.