Wednesday, November 20, 2024

Żagħżugħ bi ġrieħi gravi u ieħor arrestat wara ġlieda f’San Ġwann

Aqra wkoll

Tard it-Tnejn filgħaxija grupp ta’ żgħażagħ kienu involuti fi ġlieda li seħħet biswit stabbiliment tad-divertiment f’San Ġwann.

Dan is-sit jinsab infurmat li s-sejħa għall-assistenza daħlet għall-ħabta tal-10:00 p.m fejn ġew infurmati kemm il-pulizija kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei.

Mal-wasla tagħhom dawn sabu kommossjoni kbira minħabba li sadanittant laħqu waslu fuq l-post anke xi qraba ta’ dawk involuti.

Żagħżugħ minnhom kellu jittieħed l-Isptar minħabba ġrieħi li sofra filwaqt li ieħor ġie arrestat wara li allegatament darab wieħed mill-uffiċjali. Il-Pulizija qiegħda tkellem ukoll l-ewwel żagħżugħ b’bħala parti mill-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.

Fl-istess ġlieda kien hemm xi vetturi ta’ persuni terzi li ġarrbu xi ħsarat.

Il-Pulizija għaddejja b’iżjed investigazzjonijiet b’rabta ma’ din il-ġlieda.

Sport