Saturday, December 21, 2024

Żagħżugħ bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Marsa

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija jirriżulta li l-ġuvni qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni : Żagħużgħ l-Isptar wara li ttajjar minn karozza fil-Marsa

Żagħżugħ ta’ 26 sena residenti Raħal Ġdid qiegħed jingħata l-kura meħtieġa fl-Isptar Mater Dei, wara li għall-ħabta tal-5:00 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li l-inċident seħħ fi Triq it-Tiġrija fil-Marsa u li minn stħarriġ illi sar, irriżulta li ż-żagħżugħ ttajjar minn karozza tat-tip Ford Kuga, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 33 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Sa issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Ekonomija

Sport