Wednesday, November 20, 2024

Żagħżugħ fanatiku tal-ISIS mixli li prova jwettaq attakk terroristiku fuq uffiċjali fir-Renju Unit

Fix-xhieda tagħha ommu qalet li kienet imħassba bit-tip ta’ materjal li kien isegwi

Aqra wkoll

Fanatiku tal-Istat Iżlamiku deher quddiem il-Qorti Kriminali ta’ Old Bailey fir-Renju Unit hekk kif jinsab akkużat li kkomplotta attakk terroristiku fuq uffiċjali Ingliżi, li x’aktarx pulizija jew suldati.

Matthew King ta’ 19-il sena minn Wickford, Essex (ir-Renju Unit), ġa kien ammetta li hu ħati fl-ippjanar ta’ atti terroristiċi li saru bejn it-22 ta’ Diċembru 2021 u s-17 ta’ Mejju tas-sena l-oħra.

L-Avukat Difensur Hossein Zahir qal li l-imputat kien “immatur” u li għalhekk hemm probabbiltà żgħira wisq li King seta’ wettaq attakk terroristiku fir-Renju Unit jew li vvjaġġa lejn is-Sirja biex jingħaqad mal-Istat Iżlamiku.

L-Avukat Zahir kompla jgħid li għalkemm meta l-Imputat waqa’ taħt il-kustodja tal-Pulizija għadda xi kumment dwar li ‘jaqta’ ras xi imam’ (mexxej spiritwali tal-komunità Musulmana), argumenta li dan qalu minħabba l-frustrazzjoni li ħakmitu appena ngħalaqlu l-bieb taċ-ċella u mhux b’sens ta’ theddid.

Il-Qorti kompliet tisma’ kif omm l-imputat kienet ikkuntattjat lil ‘Prevent’ — aġenzija governattiva fir-Renju Unit li toffri programmi mmirati biex iwaqqfu lin-nies milli jsiru terroristi — minħabba li kienet imħassba dwar it-tip ta’ materjal li kien qed isegwi. Barra minn hekk, apparentament King kellu x-xewqa li jmur is-Sirja “biex jgħin lin-nies”.

Sport