Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, għall-ħabta tal-4:30 a.m., intalbet l-assistenza tal-Pulizija hekk kif inħoloq argument bejn grupp ta’ persuni f’Ta’ Qali, limiti ta’ Ħ’Attard.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li żewġ Franċiżi ta’ 17 u 18-il sena kienu involuti f’argument barra stabbiliment tad-divertiment ma’ grupp ta’ persuni oħra u sofrew xi ġrieħi.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadithom l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. Aktar tard, il-ġuvni ta’ 17-il sena ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji filwaqt li l-kundizzjoni tal-ġuvni l-ieħor sofra ġrieħi gravi .
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Noel Bartolo li fetaħ inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.