Friday, December 20, 2024

Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt u passiġġier bi ġrieħi gravi f’inċident f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tat-8:30 p.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq tal-Papa f’Birżebbuġa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li żagħżugħ ta’ 27 sena residenti Birżebbuġa kien qiegħed isuq Land Rover Defender meta għal xi raġuni tilef il-kontroll, laqat arblu tad-dawl u nqaleb. Fil-vettura kien hemm ukoll żewġt irġiel ta’ 30 sena u 34 sena, it-tnejn residenti ż-Żejtun.

Tim mediku ta l-assistenza lis-sewwieq kif ukoll lill-passiġġier ta’ 30 sena sakemm setgħu jittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei. Aktar tard is-sewwieq irriżulta li kien sofra ġrieħi serji filwaqt li l-passiġġier kien sofra ġrieħi gravi.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella ġiet infurmata u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport