Tuesday, December 24, 2024

Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara ħabta fix-Xewkija Għawdex

Aqra wkoll

Tliet persuni kellhom jiddaħħlu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li għall-ħabta tas-00:45 a.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-Imġarr fix-Xewkija Għawdex.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn bejn Toyota Starlet, misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19-il sena residenti x-Xewkija u Suzuki Swift misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena residenti x-Xagħra. Konsegwentament is-Suzuki mal-ħabta baqgħet dieħla f’ħajt. Fit-Toyota, kien hemm ukoll żagħżugħ ta’ 18-il sena residenti x-Xewkija. 

Fuq il-post issejaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanzi ħadu lill-persuni involuti fl-inċident lejn  l-Isptar għall-kura meħtieġa. Aktar tard, iż-żagħżugħ ta’ 23 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament, il-żagħżugħ ta’ 19-il sena ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif, filwaqt li l-kundizzjoni taż-żagħżugħ ta’ 18-il sena għadha pendenti. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport