Il-Pulizija qiegħda tinvestiga inċident li seħħ ilbieraħ fejn żewġ jet skis ħabtu f’xulxin fl-akwati tal-Bajja tal-Balluta. Kienu għall-ħabta tal-4:30 p.m., xħin il-Pulizija ġiet infurmata li aktar kmieni, persuna kienet iddaħħlet l-Isptar Mater Dei, issofri minn ġrieħi serji.
Għaldaqstant, il-Pulizija marret fuq il-post tal-inċident u minn stħarriġ preliminari rriżulta li lvittma huwa żagħżugħ Albaniż ta’ 18-il sena. Irriżulta wkoll li wara l-ħabta, huwa ttieħed lejn l-art permezz ta’ dinghy u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.