Sunday, July 20, 2025

Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara inċident bir-rota fi Triq Buqana

Aqra wkoll

Ilbieraħ waranofsinhar, għall-ħabta tan-12:30 p.m., , żagħżugħ ta’ 16 sena residenti l-Imtarfa ttieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident fi Triq il-Buqana, ir-Rabat. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ż-żagħżugħ kien qiegħed isuq rota, tilef il-kontroll u ħabat ma’ ħajt. 

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza. 

Il-Maġsitrat Dr. Antoine Agius Bonnici LL.D. ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet talPulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport