Tuesday, February 18, 2025

Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara li nqaleb bil-vettura fir-Rabat Għawdex

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 21 sena residenti l-Qala jinsab fil-periklu tal-mewt. Dan wara li għall-ħabta tas-12:45 p.m., kien iinvolut f’inċident tat-traffiiku fi Triq Giorgio Borg Olivier, ir-Rabat, Għawdex.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li vettura Kia Ceed misjuqa mill-vittma inqalbet wara li ħabtet f’ħajt.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport