Raġel ta’ 24 sena residenti San Ġwann, sofra ħruq f’inċident li seħħ aktar kmieni illum fl-inħawi tal-White Rocks, f’Pembroke. Kienu għall-ħabta tal-11:00 a.m., xħin il-Pulizija ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa, illi persuna twasslet l-Isptar Mater Dei minn raġel ieħor permezz ta’ vettura privata u tinsab f’qagħda serja.
Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li r-raġel ta’ 24 sena tefa’ xi fuel biex jaħraq xi kartun u affarijiet oħra tal-plastik u sofra ħruq ikkawżat min-nar li qabad.
Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D. ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet talPulizija għadhom għaddejjin.