Saturday, November 15, 2025

Żagħżugħ fil-Qorti b’rabta ma’ sejba ta’ droga f’ħajt fil-Marsa

Aqra wkoll

Kurt David Azzopardi ta’ 24 sena residenti l-Belt Valletta tressaq b’arrest il-Qorti b’rabta ma’ sejba ta’ droga ġo ħajt fil-Marsa.

Quddiem il-Maġistrat Abigail Critien, Azzopardi wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih.

Il-prosekuzzjoni qalet li l-Pulizija wettqet rejds fl-inħawi ta’ Triq it-Tiġrija fejn arresat 3 persuni fosthom l-akkużat. Waqt l-arrest, Pulizija minnhom innota li Azzopardi kien poġġa xi ħaġa fil-ħajt u meta saret tfittxija fil-ħajs sabu 40 pakkett bi trab suspettata kokaina u eroina.

Azzopardi ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €2,500 u garanzija personali ta’ €10,000.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Kevin Valletta mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispettur Alfred Mangion.

L-Avukati Nicholas Mifsud u Jacob Magri dehru għall-akkużat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport