Żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Moldova se jitressaq il-Qorti mixli li ta n-nar lil xi vetturi u li wettaq ħsarat volontarji fost oħrajn.
Il-każ li huwa se jiġi mixli seħħ il-Ħadd li għadda fi Triq Ġużè Howard, Tas-Sliema.
Huwa se jitressaq quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, għall-ħabta tas-1.00 p.m.