International Visitors Leaders Program hu proġett imexxi mid-Dipartiment tal-Affarijiet Barranin fl-Istati Uniti, fejn mexxejja f’industriji differenti jkunu mistiednin għal diskussjoni ma’ diversi esperti fl-Istati Uniti dwar suġġetti varji.
Iż-żagħżugħ Għawdxi Eman Borg kien magħżlu propju għal ħidma tiegħu fi ħdan il-komunità LGBTI u drittijiet umani. Fl-aħar jiem hu kien qiegħed fl-Istati Uniti fejn kellu l-opportunità li jiltaqa’ ma’ diversi persuni fosthom Anna Eskamani li hija Membru tal-Kungress Amerikan fejn tirrappreżenta lill-istat ta’ Florida.
F’kummenti li ta lil talk.mt Borg sostna li “din hija opportunità unika fejn il-ħidma tal-LGBTI+ Gozo qed tesplora fil-qasam internazzjonali. Kelli laqgħat ma’ attivisti bħal Zebra Coalition fl-Olanda kif ukoll ma’ Anna Eskamani membru tal-Kungress Amerikan.”
Hu qal li Anna Eskamani taħdem ħafna fil-qasam tal-LGBTI u qed tagħti spazju lill-organizzazzjonjiet oħrajn fosthom lil Borg innifsu.
Emam Borg irringrazzja lill-Ambaxxata Amerikana f’Malta lil nnominat lilu u anke għal appoġġ kbir li qed juruh.