Monday, December 23, 2024

Żagħżugħ ieħor jinqatel fl-Ingilterra fil-festi tal-Milied

Aqra wkoll

Wara l-qtil ta’ tfajla li seħħ f’Lejliet il-Milied f’Liverpool, żgħażugħ ieħor inqatel waqt li kien qed jiżfen f’nightclub f’Birmingham nhar it-Tnejn li għadda, Boxing Day. Huwa mifhum li l-vittma, li kellu 23 sena, ġie avviċinat minn grupp ta’ nies qabel ma nqatel b’daqqiet ta’ sikkina għall-ħabta ta’ 11:45 p.m.

Dan id-delitt seħħ fin-nightclub imsemmi “The Crane” fi Triq Adderley in Digbeth, Birmingham. Minkiejja sforzi ddisprati li saru biex isalvawlu ħajtu, iż-żagħżugħ miet nofs siegħa wara.

Minnufih il-Pulizija bdiet tfittxija għal dawk responsabbli mill-qtil iżda għad ma sar l-ebda arrest. Fil-kors tal-investigazzjoni, il-Pulizija qed jiflu filmati mill-kameras tas-CCTV tan-nightclub fl-istess waqt li qed iħeġġu lil kull min kien fl-inħawi biex jersqu ‘l quddiem u jgħinu fl-investigazzjoni.

Waqt li għadhom jiġbru l-evidenza, il-Puliżija ta’ West Midlands fil-jiem li ġejjin se jkunu qed jgħassu l-inħawi biex joffru serħan il-moħħ lin-nies tal-lokal.

Ekonomija

Sport