Wednesday, December 25, 2024

Żagħżugħ isofri ġrieħi serji wara li nqaleb bil-vettura fil-Baħrija

Aqra wkoll

Żagħżugħ sofra ġrieħi serji wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-6:45 a.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq Bieb ir-Ruwa, il-Baħrija limiti tar-Rabat. 

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fil-post, fejn minn stħarriġ illi sar irriżulta li żagħżugħ ta’ 20 sena residenti l-Imtarfa, tilef il-kontroll tal-vettura tat-tip Peugeot, baqa’ dieħel f’siġra u nqaleb bil-vettura.

Fil-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatella Frendo Dimech LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport