Saturday, October 26, 2024

Żagħżugħ iweġġa’ gravi f’inċident bejn żewġ karozzi fil-Gudja

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 22 sena kellu jiddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li lbieraħ għall-ħabta tal-10:30 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Tarxien il-Gudja.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Yaris misjuqa minn Taljan ta’ 25 sena residenti Wied il-Għajn, u BMW 320D misjuqa miż-żagħżugħ.

Iż-żagħżugħ fil-BMW ngħata l-ewwel għajnuna fuq il-post sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar permezz ta’ ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport