Sunday, November 24, 2024

Żagħżugħ iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fl-Imqabba

Aqra wkoll

Żagħżugħ kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tas-2:00 p.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Kirkop, l-Imqabba.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura Toyota Tercel misjuqa minn ġuvni ta’ 18-il sena residenti Ħal Qormi, u vann Peugeot Expert misjuq minn raġel ta’ 42 sena residenti l-Imsida.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti liż-żagħżugħ sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport