Sunday, June 15, 2025

Żagħżugħ iweġġa’ gravi meta allegatament daħlu fuqu biex jisirquh

Aqra wkoll

Ingliż ta’ 22 sena sofra ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tal-5.00am allegatament safa midrub wara li daħlu fuqu biex jisirquh.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li huma ġew infurmata li kien hemm persuna sofriet xi ġrieħi waqt argument li seħħ fi Triq Spinola, San Ġiljan.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn f’appartament fl-imsemmija triq sabet tliet irġiel li allegaw li ġew attakati minn tliet irġiel oħra b’arma li taqta u bil-ponta sabiex jisirquhom, u wara ħarbu minn fuq il-post.

Tim mediku wasal fuq il-post ftit tal-ħin wara u wieħed mill-irġiel, Ingliż ta’ 22 sena, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi. Iż-żewġ persuni l-oħra, li huma wkoll Ingliżi, ma weġġgħux.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet sabiex jiġu identifikati l-persuni involuti f’dan il-każ, filwaqt li l-Maġistrat Dr Antoine Agius Bonnici LL.D, ħatar inkjesta dwar il-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport