Żagħżugħ kellu jiddaħħal l-Isptar minħabba xi ġrieħi li sofra f’inċident li seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-7:00 p.m., fi Triq is-Salini f’Wied il-Għajn.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li żagħżugħ ta’ 15-il sena kien intlaqat minn vettura Citroen C1 li kienet qed tinstaq minn tfajla ta’ 21 sena residenti ż-Żurrieq.
Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna liż-żagħżugħ sakemm seta’ jittieħed b’ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.