Friday, October 25, 2024

Żagħżugħ iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-vettura u baqa’ dieħel f’ħajt

Aqra wkoll

Żagħżugħ sofra ġrieħi gravi wara li lbieraħ, għall-ħabta tad-8:45 p.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Borg Għarib, Għajnsielem, Għawdex.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li ġuvni ta’ 18-il sena residenti Għajnsielem tilef il-kontroll tal-vettura li kien qiegħed isuq, tat-tip Toyota Corolla, u ħabat ma’ ħajt kif ukoll ma’ tliet vetturi li kienu pparkjati.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport