Thursday, November 7, 2024

Żagħżugħ iweġġa’ serjament wara inċident bir-rota

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 15-il sena residenti n-Nadur weġġa’ serjament wara li kien involut f’inċident ġewwa Għawdex.

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tas-1.00p.m., il-Pulizija ġiet infurmata mill-Isptar Mater Dei li żagħżugħ ta’ 15-il sena residenti n-Nadur sofra minn ġrieħi serji wara li kien involut f’inċident ġewwa Għawdex.

Minn investigazzjonijiet preliminari li sar, irriżulta li lbieraħ għall-ħabta tas-7.00p.m., iż-żagħżugħ kien qiegħed isuq rota qalb l-għelieqi fil-limiti ta’ Għajnsielem, tilef il-kontroll u waqa’.

Huwa ttieħed minn xi familjari l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, iżda minħabba l-ġrieħi serji li sofra, mal-lejl ġie trasferit lejn Isptar Mater Dei b’helikopter.

Il-Maġistrat tal-Għassa Bridgitte Sultana ġiet nfurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport