Sunday, June 15, 2025

Żagħżugħ jegħreq wara li qabeż fil-baħar biex isalva koppja

Aqra wkoll

Alymane Ed Dafali ġuvni ta’ 16-il sena miet quddiem sħabu stess wara li qabeż il-baħar biex isalva żewġ persuni li sabu ruħhom f’diffikultà.

Il-ġuvni mwieled il-Marokk, iżda jgħix l-Italja kien flimkien ma’ sħabu fuq bajja f’Ferrara.

Rapport fil-midja Taljana qegħdin jgħidu li hu flimkien ma’ tliet subien oħra krew pedal boat u saqu lejn żona fejn fil-baħar ikun hemm ħafna kurrenti. Tant kemm hu perikoluż li f’din iż-żona ħadd ma jista’ jgħum.

X’ħin waslu f’din iż-żona kien hemm raġel u mara jgħumu u kienu jidhru li sabu ruħhom f’diffikultà. Is-subien rawhom u bdew jgħajtu għall-għajnuna.

Aymane qabad u qabeż il-baħar biex jgħinhom, iżda f’daqqa waħda ma baqax jidher. 

Il-ħaddiema tas-salvataġġ u anke uffiċjali tal-Pulizija intervjenew mill-ewwel iżda Aymane kien diġà f’periklu serju li jmut. Hu ttieħed l-Isptar b’ħelikpter bit-tama li jsalvawh, iżda kien kollu ta’ xejn.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport