Ġuvni ta’ 21 sena residenti Ħal Safi weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza ll kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 63 sena residenti Tas-Sliema.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8.00p.m. fi Triq ix-Xatt, Tas-Sliema.
Il-ġuvni ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.