Tuesday, May 14, 2024

Żagħżugħ jindarab gravi wara li waqa’ minn għoli fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Żagħżugħ sofra ġrieħi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:00 p.m kien involut f’inċident li seħħ fi blokka t’appartamenti fi Triq San Vinċenz, il-Ħamrun. 

Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li ż-żagħżugħ residenti Marsaskala, weġġa’ wara li waqa’ madwar tliet sulari ġo xaft waqt li kien qed jagħmel xogħol f’appartament. 

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ. 

Sport