Libjan ta’ 17-il sena u residenti l-Imsida weġġa’ serjament wara li tilef il-kontroll tar-rota li kien qed isuq u waqa’.
L-inċident seħħ tard ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta ta’ nofsillejl fi Triq San Ġwann tal-Għorgħar, San Ġwann.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemm instab iċ-ċiklist fl-art b’numru ta’ ġrieħi.
Huwa ttieħed l-Isptar Mate Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.