Żagħżugħ ta’ 22 sena inżamm arresta wara li kien mixli b’serq minn ħanut f’Tas-Sliema. Huwa kien mixli ukoll li seraq xi flus u xi cards.
Fil-Qorti, il-Maġistrat Jean Paul Grech beda jispjega l-akkużi lill-imputat. Ġie nnutat kif, dak il-ħin l-imputat beda ħiereġ mill-awla.
Meta kien mistoqsi mill-Maġistrat Grech dwar fejn kien sejjer, l-imputat wieġeb lil Maġistat Grech billi qallu li kien sejjer il-Belt.
Wara li l-imputat wieġeb lu huwa ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, il-Maġistrat Grech staqsih jekk fehemx xi tfisser l-ammissjoni, bl-imputat iwieġeb li sejjer il-ħabs li ddeskrivieh bħala ‘one-star hotel.
Il-Maġistrat Grech ma laqax din l-ammissjoni u qal li mhux moralment konvint li l-akkużat fehem x’iddikjara. Attard baqa’ miżmum taħt arrest.
Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukat Luigi Galea mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispettur Charlon Borg.

