Żagħżugħ ta’ 23 sena residenti Ħal Tarxien tilef ħajtu. Dan wara li lbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-5:00 p.m, il-Pulizija kienet infurmata li seħħ
inċident fi Triq il-Witja, Ħal Tarxien.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta illi l-vittma kien qed jagħmel xi xogħlijiet fi propjeta privata li hi tiegħu stess u sofra xi ġrieħi f’rasu.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin biex tiġi stabbiltà d-dinamika tal-inċident.