Tuesday, August 12, 2025

Żagħżugħ jitpoġġa taħt probation wara li qabad lil ommu minn għonqha

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 28 sena li fil-Qorti qal li jaħdem bħala xufier tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal 3 snin wara li ammetta li kkaġuna ġrieħi ħfief lil ommu meta qabadha minn għonqu.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-każ seħħ fl-10 ta’ Lulju li għadda meta seħħ argument bejn l-omm u l-iben. Wara li l-omm għamlet rapport fl-għassa, wara assenjar li sar, il-vittma marret tgħix f’shelter.

Minbarra t-3 snin probation, il-Maġistrat Anne Marie Thake ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni għal perjodu ta’ 3 snin favur l-omm.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Colin Sheldon, l-Avukat Yanika Barbara Sant dehret għaż-żagħżugħ waqt li l-Avukat Lara Dimitrijevic dehret għall-omm.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport