Sunday, November 24, 2024

Żagħżugħ l-Isptar wara ħabta bejn mutur u karozza fiż-Żurrieq

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur iddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tal-10:00 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Belt Valletta fiż-Żurrieq. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Generic Worx 125 misjuq minn żagħżugħ ta’ 20 sena residenti Ħal Kirkop u karozza Volgswagen Polo misjuqa minn raġel ta’ 92 sena residenti l-Birgu.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.

Issejħu fuq il-post ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li neħħew xi żjut ikkawżati mill-istess inċident u li kienu qegħdin joħolqu periklu għal sewwieqa oħra sakemm setgħet tinfetaħ it-triq.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport