Dan Jean Baptiste Latchimy, Franċiż ta’ 21 sena ammetta quddiem il-Maġistrat Abigail Critien li sawwat tnejn f’Paceville biex jisraqhom. Għal dan ir-reat hu kien ikkundannat 3 snin ħabs.
Kien fil-25 ta’ Marzu li għadda meta l-Franċiż kien tressaq il-Qorti flimkien ma’ tliet persuni oħrajn fejn ġew akkużati li fis-16 ta’ Marzu li għadda sawtu żewġ persuni biex jisitquhom fil-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.
Wieħed mill-vittmi safa aggrediet f’wiċċu u sofra minn feriti ta’ natura gravi.
L-akkużat kien ilu f’Malta minn Awwissu tas-sena l-oħra u fil-Qorti qal li hu jgħix f’lukanda u jaħdem f’casino.
Minbarra t-tliet snin ħabs il-Maġistrat Critien ħarġet ordni ta’ trażżin għal sentejn biex tipproteġi lill-vittmi.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Darryl Farr mgħejjun mill-Avukat Martina Calleja mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.