Sunday, December 15, 2024

Żagħżugħ mixli li hedded u ħebb għas-sieħba li għandha ħames xhur tqala

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 27 sena li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti baqa’ jinżamm arrestat wara li kien akkużat li hedded u ħebb għas-sieħba tiegħu li għandha ħames xhur tqala.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Omar Zammit qal quddiem il-Maġistrat Nadine Sant Lia dwar kif is-sieħba tal-akkużat għamlet rapport dwar vjolenza domestika. Hekk kif sar ir-rapport issejħu s-social workers fejn min-naħa tagħhom għamlu risk assesment.

Fir-rapport it-tfajla qalet li s-sieħeb tagħha kien ħebb għaliha u heddidha b’turnavit. Qalet ukoll li f’Ġunju li għaddha kien hemm 3 darbiet li fihom ġiet stuprata mill-akkużat.

Kien ilbieraħ li ż-żagħżugħ ġie arrestat u tressaq il-Qorti fejn wieġeb mhux ħati.

Min-naħa tiegħu d-difiża mmexxija minn Franco Debono staqsa lill-Ispettur Zammit jekk wara li kif qed tallega t-tfajla ġie stuprata hi baqgħetx tgħix mal-akkużat.L-Ispettur Zammit wieġeb li iva u żied li t-tfajla u s-sieħeb irrangaw wara ftit u marret tgħix miegħu.

Fil-Qorti ġie ppreżentat ċertifikat li l-akkużat kellu xi ġrieħi ħfief. Id-difiża talbet biex l-akkużat jingħata l-ħelsien mill-arrest fejn fost l-oħrajn qal li kienu għaddew 6 xhur minn meta seħħ l-isputru.

Madankollu l-prosekuzzjoni oġġezzjonat għax it-tfajla għad trid tixhed. Il-Maġistrat Sant Lia ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur it-tfajla.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport