Friday, December 13, 2024

Żagħżugħ mixli li kera proprjetà li ma kinitx tiegħu

Aqra wkoll

Raġel li kera proprjetà li ma kinitx tiegħu tressaq il-Qorti akkużat bi frodi.

Daniele Aquilina ta’ 26 sena minn Ta’ Xbiex ġie mixli li ffroda żewġt irġiel, kiser il-libertà proviżorjau li kiser ordni ta’ probation. Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. 

Aquilina kien tħalla joqgħod fi proprjetà li wara hu kien kera lil terzi persuni. Meta s-sid sar jaf x’kien qed jiġri, huwa nforma minnufih lill-Pulizija.

Fil-Qorti saret talba għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat, liema talba ġiet miċħuda minħabba li huwa kien kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u probation order kif ukoll li sar reċediv.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jonathan Ransley. L-Avukat Noel Bartolo deher għar-raġel. 

Ekonomija

Sport