Friday, December 27, 2024

Żagħżugħ mixli li ta n-nar 60 paletta tal-injam f’għalqa tal-ġar

Aqra wkoll

Rabti ta’ 26 sena tressaqt il-qorti fejn ġie mixli li ta n-nar lil madwara 60 paletta tal-injam. L-akkużat – wieġeb mhux ħati għal każ li allegatament seħħ f’għalqa tal-ġar tiegħu fl-Imtaħleb.

Quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, il-prosekuzzjoni spjegat kif l-inċident seħħ wara diversi diżgwid bejn żewġ familji li għandhom għelieqi ħdejn xulxin. L-istess familji ilhom żmien twil jagħmlu rapporti lil xulxin mal-pulizija.

Hekk kif l-avukati difensuri, Veronique Dalli u Dean Hili qalbu għall-ħelsien mill-arrest, Il-prosekuzzjoni m’oġġezzjonatx.

Hu ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt depożitu ta’ €250, garanzija personali ta’ €3,000 u bil-kundizzjoni li jiffirma l-għassa darbtejn fil-ġimgħa.

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Godwin Scerri.

Ekonomija

Sport