Sunday, July 27, 2025

Żagħżugħ se jintbagħat pajjiżu talli ppreżenta dokumenti bankarji foloz

Aqra wkoll

Indjan ta’ 20 sena li residenti l-Fgura se jkun qed jiġi deportat lura lejn pajjiżu wara li fil-Qorti ammetta li ppreżenta dokumenti bankarji foloz lill-aġenzija Identità.

Il-Puliizja spjegat li kien daħal rapport li Alim Amirbhai Samnani kien iffalsifika dokumenti bankarji u ssottomettihom lill-aġenzija Identità. L-Aġenzija għamlet rapport lill-Pulizija wara li vverifikat dan il-każ anke mal-bank.

L-imputat ammetta l-akkużi filwaqt li d-difiża talbet li jingħata sentenza ta’ ħabs sospiża. Il-Prosekuzzjoni li kienet imexxija mill-Ispettur Ian Azzopardi qalet li mhux qiegħda ssib oġġezzjoni. L-imputat fil-Qorti qal li qiegħed jagħti l-kunsens tiegħu biex ikun deportat.

Il-Maġistrat Charmaine Galea kkundannatu sena ħabs sospiżi għal sentejn u ordnat li l-akkużat jittieħed immedjatament lejn iċ-ċentru ta’ detenzjoni u jibqa’ hemmhekk sakemm ikun deportat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport