Thursday, December 19, 2024

Żagħżugħ ta’ 14-il sena arrestat wara sparatura li ħalliet żewġ persuni mejta f’Bangkok

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 14-il sena kien arrestat wara li żewġ persuni nqatlu fi sparatura f’kumpless tax-xiri lussuż fiċ-ċentru ta’ Bangkok.

L-isparatura seħħet f’Siam Paragon, wieħed mill-aktar ċentri kummerċjali famużi ġewwa din il-belt. “Il-vittmi kienu miċ-Ċina u l-Myanmar,” qal il-kap tal-pulizija tat-Tajlandja.

Il-pulizija qalet li s-suspettat, li l-motivi tiegħu għadhom mhumiex ċari – kien qed juża pistola u ta ruħu b’idejh lill-uffiċjali. Ħames persuni oħra – wieħed mil-Laos, Ċiniż u tliet Tajlandiżi – sfaw ukoll midruba.

Filmati fuq il-midja soċjali wrew persuni li kienu qegħdin jixtru fl-imsemmi kumpless joħorġu jiġru ‘l barra wara li semgħu diversi tiri li kienu ġew sparati. 

Sakemm il-pulizija waslu fuq il-post, għall-ħabta tal-5.10 p.m. (ħin lokali) u arrestaw lill-aggressur, kienu laħqu ntlaqtu diversi persuni. 

Is-suspettat ġie trasferit fl-għassa ta’ Pathumwan. Huwa kien jattendi skola viċin fejn seħħet l-isparatura u kien qed jieħu l-kura għal kundizzjoni ta’ saħħa mentali li kellu fl-isptar Rajvithi. Huwa iżda reċentement kien waqaf jieħu l-medikazzjoni tiegħu.

Il-kap tal-iskola, bl-isem The Essence, kiteb lill-ġenituri biex jikkonferma li s-suspettat kien student u qal li l-iskola se tikkoopera mal-pulizija.

Ekonomija

Sport