Ilbieraħ, għall-ħabta tal-10:00 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ. Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn e-kick scooter, misjuq minn żagħżugħ ta’ 15-il sena, residenti Ħal Qormi u vettura Opel Astra misjuqa minn raġel ta’ 26 sena, residenti Ħal Luqa.
Riekeb fuq wara tal-iscooter kien hemm żagħżugħ ta’ 16-il sena residenti Ħal Qormi. Dan ta’ l-aħħar ġarrab xi ġrieħi u ingħata l-għajnuna minn tim mediku. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn aktar tard, ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Iż-żewġ sewwieqa ma sofrewx ġrieħi. Bil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D li ħatar diversi esperti sabiex jassistu filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ