Saturday, November 1, 2025

Żagħżugħ ta’ 19-il sena arrestat b’rabta ma’ sewqan perikoluż

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 19-il residenti l-Mellieħa qiegħed jinżamm arrestat wara li nqabad isuq b’manjiera perikoluża, f’Pembroke.

Kienu għall-ħabta tal-10:30 p.m., meta waqt rondi li kienu qegħdin isiru fl-akwati ta’ Pembroke, b’rabta ma’ attività tal-halloween, il-Pulizija innutaw BMW tinstaq b’manjiera perikoluża fi Triq Tobruk fejn kienu qegħdin jaqsmu tfal u adoloxxenti,
b’periklu kbir għalihom.

B’hekk il-pulizija ordnaw lix-xufier biex jieqaf ħalli jkellmuh. Minflokk, il-vettura nstaqet b’veloċità kbira qalb żona residenzjali, f’karreġjati opposti u anke f’toroq ‘one way’, fejn ukoll dak il-ħin kien hemm hemm numru ta’ tfal u ġenituri.

Il-karozza baqgħet tinstaq lejn il-Bajja ta’ San Ġorġ, fejn din tħalliet abbandunata bix-xufier ħarab bil-ġiri minn fuq il-post. Madankollu huwa ġie arrestat ftit mumenti biss wara. Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija l-Floriana u mistenni jitressaq il-Qorti, illum għal xi 12:00 p.m., quddiem il-Maġistrat Dr Charmaine Galea LL.D.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport