Żagħżugħa sofriet minn ġrieħi wara li għal xi s-12:45 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’Andrija, San Ġiljan.
MInn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li Kolombjana ta’ 18-il sena kienet ndarbet wara li ntlaqtet minn vann Citroen, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 41 sena residenti l-Fgura.
Fil-post issejħu tim mediku u uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili sabiex joħorġu liż-żagħżugħa minn taħt il-vettura. Hija ttieħdet l-isptar Mater Dei u aktar tard, ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.