Wednesday, November 27, 2024

Zammit Lewis jgħid li l-Oppożizzjoni qed tallega li qed jisparixxu sentenzi qisna f’xi film ta’ Sherlok Holmes

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“M’hemmx dubju li dan is-suġġett u dak li sar kienet prattika tajba fejn persuni li riedu jiġu inklużi, persuni li riedu jiġu rijabilitati, persuni li għamlu żball ħamsa, għaxra jew għoxrin sena ilu u jridu jidħlu lura fis-soċjetà tagħna u jsibu impjieg dinjituż, isibu rimedju li huwa effikaċi għalihom”. Sostna dan il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza Edward Zammit Lewis waqt diskussjoni b’rabta ma’ mozzjoni mressqa mill-Partit Nazzjonalista b’rabta mat-tħassir, ir-revoka u l-annullament tal-pubblikazzjoni ta’ sentenzi online mogħtija mill-Qorti.

Zammit Lewis irriffjuta d-diskors tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina li “bħal film ta’ Sherlok Holmes b’sentenzi li jisparixxu, kawżi li jingħataw bil-magħluq, għax mhu veru xejn”. Zammit Lewis qal li mhu veru xejn u kien ċar li jekk hemm xi każ, talab id-dettalji biex ikun jista’ jaħdem fuqu.

Il-Ministru kompla li dan is-suġġett qajjem diskussjonijiet f’postijiet madwar id-dinja kollha inklużi l-Filippini u l-Arġentina fost l-oħrajn. 

Huwa staqsa jekk xi ħaġa li ssir fl-adoloxxenza għandhiex ttellef persuna fil-ħajja adulta tagħha hi u timmira għall-karriera tagħha. Tkellem dwar każ fl-Arġentina ta’ persuna rinomat li kien popolari ħafna meta kien żagħżugħ u xtaq li ma jibqax daqshekk rinomat biex jgħix ħajja mingħajr attenzjoni, bil-Qorti tagħżel li ma kinitx raġuni biżżejjed valida li ppreżenta biex ineħħi ċertu informazzjoni online.

Sport