L-eks Prim Ministru Joseph Muscat fil-Parlament iddikjara li l-mozzjoni ippreżentata mid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi għandha żball fattwali.
Muscat tenna li “jien fil-parti li tlabtek ruling fuqu, kienet għal parti fejn intqal li sejjaħt elezzjoni għax kont naf li se tinqatel Daphne Caruana Galizia. Jason Azzopardi issa bil-mozzjoni qed jipprova jilgħab bil-bżallu.”
Żied jgħid li Azzoppardi qed jgħid li Carauna Galizia kienet se tikxef xi affarijiet inkluż dwar dak tal-Montenegro. “Ma sar magħruf minn imkien li jien kont involut f’xi każ. Minn inkjesta li swiet lil poplu aktar minn €1 miljun biex ħarsu fuq l-affarijiet tiegħi mid-dinja kollha u ma nstab xejn”.