Thursday, December 26, 2024

Żball mill-militar Niġerjan iħalli sebat itfal mejtin

Aqra wkoll

Sebat itfal tilfu ħajjit­hom f’attakk mill-ajru li n-Niġerja għamlet fuq in-Niġer. Il-qawwa tal-ajru Niġerjana qalet li fil-mira tal-attakk suppost kien hemm membri ta’ milizzja. Apparti hekk ħamest itfal oħrajn sofrew ġrieħi. 

Il-gvernatur ta’ Maradi ġewwa n-Niġer, meta kien qiegħed jitkellem mal-midja, qal li dan il-każ kien wieħed aċċidentali u dwaru bdiet investigazzjoni.

Huwa tenna li l-qawwa tal-ajru Niġerjana kellha fil-mira tagħha “grupp armat” li jopera qrib il-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi iżda għal xi raġuni din l-operazzjoni marret żmerċ, u bi żball intlaqat il-villaġġ ta’ Nachade.

Ekonomija

Sport