Saturday, December 21, 2024

Żdiedet in-nefqa tal-Gvern f’benefiċċji soċjali

Aqra wkoll

In-nefqa tal-gvern għall-Benefiċċji Kontributorji ammontat għal €605.0 miljun sal-aħħar ta’ Ġnju 2024, 10.3 fil-mija ogħla mill-istess perijodu tal-2023. Parti minn din iż-żieda kienet dovuta għall-fatt li fin-numru ta’ pensjonanti ta’ Żewġ Terzi fil-perijodu msemmi żdied b’2,152 .

Mill-banda l-oħra, in-nefqa f’benefiċċji mhux Kontributorji kienet tammonta għal €167.3 miljun, li turi żieda ta’ 26.5 fil-mija meta kumparat mal-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra.

Matul l-ewwel nofs tal-2024, kien hemm 98,272 persuna li rċevew l-Aġġustament Addizzjonali għall-Għoli tal-Ħajja. Barra minn hekk, kien hemm 43,748 familja li gawdew miċ-Children’s Allowance.

Matul l-ewwel sitt xhur tal-2024, in-nefqa fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali ammontaw għal €772.3 miljun, 13.4 fil-mija ogħla mis-€680.8 miljun irreġistrati fl-aħħar ta’ Ġnju 2023. 

Kien hemm ukoll nefqa ogħla kemm għall-benefiċċjari Kontributorji (€56.5 miljun) kif ukoll għal dawk Mhux Benefiċċji Kontributorji (€35.0 miljun).

Ġw irreġistrati aktar żidiet taħt Bonus Kontributorju (€12.3 miljun), Pensjonijiet tar-Romol (€7.6 miljun), Benefiċċji Oħra (€1.0 miljun) u Benefiċċji għal Korrimenti u Gratitajiet Industrijali (€0.1 miljun). Bil-maqlub, il-Pensjonijiet fir-rigward tal-Invalidità naqsu b’€0.1 miljun.

Sal-aħħar ta’ Ġnju 2024, in-nefqa Mhux Kontributorja ammontat għal €167.3 miljun, żieda ta’ 26.5 fil-mija meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. Iż-żieda kienet fil-biċċa l-kbira attribwita għal żieda ta’ €15.5 miljun fil-ħlasijiet ta’ Aġġustament Addizzjonali għall-Għoli tal-Ħajja, flimkien ma’ żieda ta’ €13.5 miljun fl-Allowance tat-Tfal. 

Din tal-aħħar tinkludi l-ħlasijiet inizjali tal-Allowance Speċjali għall-Istudenti Post-Sekondarji (€5.3 miljun), pagabbli lill-ġenituri li wliedhom baqgħu fis-sistema edukattiv lil hinn mill-età obbligatorja. Matul it-tieni kwart tal-2024, in-nefqa tal-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali laħqet €374.5 miljun, li tirrifletti żieda ta’ €53.3 miljun mis-sena ta’ qabel. 

Żidiet simili ġew irrappurtati kemm taħt Benefiċċji Kontributorji (€26.6 miljun) kif ukoll mhux Kontributorji (€26.7 miljun). Il-pensjonijiet fir-rigward tal-Irtirar irreġistraw l-akbar żieda ta’ €15.8 miljun bħala Benefiċċji Kontributorji, filwaqt li l-akbar żieda fin-nefqa Mhux Kontributorja kienet irreġistrata mill-Aġġustament Addizzjonali għall-Għoli tal-Ħajja (€15.5 miljun).

L-ogħla numru ta’ benefiċjarji Mhux Kontributorji kien irrappurtat taħt l-Aġġustament Addizzjonali tal-Għoli tal-Ħajja (98,272), l-akbar żieda rrappurtata (92,005) f’benefiċċji Mhux Kontributorji. Barra minn hekk, kien hemm 43,748 familja li rċevew iċ-Children’s Allowance, 704 aktar mis-sena ta’ qabel. 

Ekonomija

Sport