Tuesday, December 24, 2024

Żdiedu dawk li qasmu l-fliegu bejn Lulju u Settembru

Aqra wkoll

Matul it-tielet kwart tas-sena, it-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex irreġistra żidiet fil-passiġġieri u fil-vetturi iżda kien hemm tnaqqis fil-vjaġġi meta kkumparat mal-istess kwart tas-sena li għaddiet.

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li bejn Lulju u Settembru li għadda, saru total ta’ 11,433 vjaġġ bejn Malta u Għawdex, li ġarrew total ta’ 1,788,244 passiġġier. L-aktar xahar li fih saru vjaġġi kien Lulju (3,892), jew aħjar 34% tat-total ta’ vjaġġi għal dan il-kwart. 

L-istatistika turi wkoll li kien hemm total ta’ 1,590,386 passiġġier li vvjaġġaw bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa matul it-tielet kwart ta’ din is-sena, żieda ta’ 13.4% meta mqabbel mal-istess kwart tal-2021. It-total ta’ vetturi żdiedu b’3.6% biex laħħqu l-571,125. 

Ekonomija

Sport